Is-sid ta’ tal-bank Pilatus tressaq il-Qorti fl-Amerika akkużat li evada sanzjonijiet tal-Istati Uniti u li għadda $115 miljun lil kumpanija Iranjana. Hu deher quddiem l-Imħallef Barbara Moses f’Manhattan.
Ali Sadr Hasheminejad wieġeb mhux ħati tal-akkużi, hekk kif qed jiffaċċja aktar minn 125 sena priġunerija.
L-Imħallef fl-Istati Uniti ma laqgħetx it-talba ta’ Sadr għal ħelsien mill-arrest minħabba l-flus kbar u l-konnessjonijiet li għandu s-sid ta’ Pilatus. Hi qalet li jkun hemm risjku kbir li jekk jinħeles mill-arrest, dan jaħrab.
Dwar dan l-arrest, Aġenziji tal-Aħbarijiet internazzjonali bagħtu serje ta’ domandi lill-bank Pilatus f’Malta. Reuters qed jirrapurtaw illi l-mistoqsijiet tagħhom lil Pilatus baqgħu mhux imwieġba.
Fl-aħħar jiem sar magħruf illi l-Prim Ministru Joseph Muscat u ċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri kienu fost il-ftit mistednin Maltin magħżula għat-tieġ ta’ Ali Sadr, li issa qed jiffaċja aktar minn 125 sena priġunerija. It-tieġ inżamm fl-2015 fl-Italja, u kien għal ċirku ristrett ta’ qraba u ħbieb.
STORJA LI SPLODIET FIX-XENA INTERNAZZJONALI
Dwar dan l-arrest, Aġenziji tal-Aħbarijiet internazzjonali bagħtu serje ta’ domandi lill-bank Pilatus f’Malta. Reuters qed jirrapurtaw illi l-mistoqsijiet tagħhom lil Pilatus baqgħu mhux imwieġba.
Fl-aħħar jiem sar magħruf illi l-Prim Ministru Joseph Muscat u ċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri kienu fost il-ftit mistednin Maltin magħżula għat-tieġ ta’ Ali Sadr, li issa qed jiffaċja aktar minn 125 sena priġunerija. It-tieġ sar fl-2015 fl-Italja, u kien għal ċirku ristrett ta’ qraba u ħbieb.
Sadanittant, wara kważi 48 siegħa mill-mistoqsijiet li għamel il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia dwar Pilatus Bank, il-Gvern ta’ Joseph Muscat għadu ma ta l-ebda risposta.
Il-mistoqsijiet – dwar liema kien il-correspondent bank ta’ Pilatus f’Malta – saru minn Adrian Delia waqt il-programm NET Live.
Fil-ġimgħat li għaddew, il-Partit Nazzjonalista wissa dwar il-ħsara li l-arrest ta’ sid Pilatus Bank qed tagħmel fuq is-settur tas-servizzi finanzjarji f’Malta u l-eluf ta’ żgħażagħ u impjegati li jaħdmu fih.
//= $special ?>