Dalgħodu f’diversi knejjes madwar Malta u Għawdex kienu qed isiru t-tħejjijiet għall-funzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka u l-purċissjonijiet li huma pjanati li joħorġu għada minn diversi parroċċi.
Fil-fatt, bosta dilettanti bħalissa jinsabu għaddejin bil-ħidma relatata mat-tiżjin tal-fjuri li huma sinonimi mal-vari tal-Ġimgħa l-Kbira.
Ir-ritratti juru t-tiżjin li qed isir dalgħodu fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħal Qormi fejn ir-reffiegħa tal-vari stess jarmaw il-vara rispettiva tagħhom.
Illejla NET TV se jkun qed ixandar b’mod dirett iċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka u l-funzjoni tal-Ħasil tas-Saqajn mill-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ. Mill-istess parroċċa se tixxandar il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, biex imbgħad il-Ħadd il-crew ta’ NET TV jinżel Ħal Qormi biex ixandar il-purċissjonijiet tal-Irxoxt.
Kollox jindika li t-temp f’dawn il-jiem mistenni jkun wieħed sabiħ, u tassew favorevoli għal dawk ir-reffiegħa li jkunu involuti fil-purċissjonijiet.
//= $special ?>