Lokali

Il-Gvern iħabbar tibdil f’Identity Malta…f’nofs il-vaganzi tal-Għid

Il-kandidat Laburista Ian Castaldi Paris se jmexxi Identity Malta

Il-Gvern fired fi tliet entitajiet separati lil Identity Malta, il-Malta Residence & Visa Agency (MRVA), u l-Individual Investor Programme (IIP). Dan ġara wara li ġew emendati tliet avviżi legali li jirregolaw l-Att għall-Amministrazzjoni Pubblika.

Fi stqarrija l-Gvern ħabbar illi issa kull entità se jkollha chairman u board tad-diretturi, u se tkun immexxija minn kap eżekuttiv.

It-tmexxija tat-tliet aġenziji se tkun fdata kif ġej:

Identity Malta

Chairperson mhux Eżekuttiv – Ian Castaldi Paris
Kap Eżekuttiv – Anton Sevasta

IIP

Chairperson mhux Eżekuttiv – Frances Mifsud
Kap Eżekuttiv – Jonathan Cardona

MRVA

Chairperson mhux Eżekuttiv – Nadette Azzopardi
Kap Eżekuttiv – Roderick Cutajar