Illum il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia mar il-Belt Valletta fejn żar wirja li qed tittella’ fi Triq l-Arċisqof.
Il-wirja, mtella’ minn Robert Abdilla, hija maqsuma fi tnejn. Fl-ewwel parti wieħed isib numru ta’ statwetti, fosthom statwa tad-Duluri ta’ Lecce ta’ mitejn sena ilu, u li ġiet restawrata issa.
Din apparti sett ta’ vari oħra imdaqqsin.
Apparti minn dawn, fil-wirja hemm ukoll sett ta’ vari magħmulha u ddisinjati fuq il-vari tal-Knisja Ta’ Ġieżu l-Belt.
Il-wirja tibqa’ miftuħa matul il-ġurnata ta’ għada.
//= $special ?>