Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kompla jżur numru ta’ wirjiet li qed jitellgħu fl-ibliet u l-irħula Maltin f’dawn il-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa.
Adrian Delia kompla jżur uħud minn dawn il-wirjiet, fost l-oħrajn f’Ħal Qormi. Matul iż-żjarat, hu faħħar l-impenn ta’ dawk il-persuni li, fil-ħin liberu tagħhom, jagħtu sehemhom biex dan il-wirt tradizzjonali jibqa’ ħaj.
F’Ħal Qormi, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar numru ta’ wirjiet privati mtella’ fir-residenzi, kif ukoll wirjiet imtella’ fis-sede tas-Soċjetà Anici, il-Pageant Group San Bastjan, il-Każin tas-Soċjeta’ Filarmonika Pinto u ċ-Ċentru tal-Armar tal-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri.
Wara, hu ħa l-okkażjoni wkoll li jmur l-Imtarfa fejn anke hemmek żar numru ta’ wirjiet kif ukoll produzzjoni teatrali marbuta mal-Passjoni ta’ Ġesu’.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien akkumpanjat mid-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Herman Schiavone.
Ritratti: Matthew Tabone