Beda x-xogħol ta’ tiswija fuq il-vapur ‘Malita’ li dalgħodu nqalgħatlu ħsara fir-rampa.
Dan wara li ammont kbir ta’ persuni dalgħodu nqabdu fuq il-vapur t’Għawdex wara li weħlet ir-rampa li minnha jinżlu l-karozzi.
NET News irċieva aktar minn rapport wieħed dwar il-vapur Malita, li malli wasal l-Imġarr f’Għawdex, ma setax iniżżel ir-rampa. B’konsegwenza ta’ hekk, ir-rampa saħansitra spiċċat nofsha ġol-baħar.
Il-vapur Malita għamel ħin twil maqbud l-Imġarr, fejn dam aktar minn nofs siegħa maqbud. Malli l-crew tal-vapur mar biex iniżżel ir-rampa, din ma ħadmitx. Ħin minnhom, ir-rampa deheret anke kważi ġol-baħar.
Fl-aħħar kellha tittieħed id-deċiżjoni li l-vapur jiddawwar bil-kontra biex il-karozzi setgħu jinżlu minn fuq il-vapur b’lura.
//= $special ?>