Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-aħħar tliet ijiem ta’ jiem sagri qabel l-Għid il-Kbir ngħataw bidu bl-ewwel ċelebrazzjoni liturġika ta’ Ħamis ix-Xirka b’dik li tissejjaħ il-Quddiesa taż-Żjut.
Din hija l-unika quddiesa li tiġi ċċelebrata f’Ħamis ix-Xirka filgħodu mill-Arċisqof u mis-Saċerdoti. L-enfasi tagħha huwa fuq l-għaqda li Ġesù xtaq li jkun hemm bejn dawk li jemmnu fih, b’mod speċjali dawk li ġew fdati biex ikomplu l-ħidma tiegħu.
Waqt il-Quddiesa taż-Żjut, is-saċerdoti ġeddew il-wegħdiet tal-ordinazzjoni saċerdotali tagħhom b’tiġdid ta’ impenn tal-għaqda bejniethom u mal-Arċisqof Charles Scicluna.
Waqt il-quddiesa, tbierku wkoll iż-żjut tal-morda u tal-katekumeni – waqt li ġie kkonsagrat ukoll iż-żejt tal-griżma mħallat bil-fwejjaħ. Dawn iż-żjut jintużaw fl-amministrazzjoni tas-sagramenti matul is-sena – sakemm terġa’ tasal Ħamis ix-Xirka oħra.
Fl-istess waqt, filghodu, f’diversi knejjes madwar Malta u Ghawdex saru t-thejjijiet mhux biss għall-funzjonijiet ta’ Ħamis ix-Xirka imma wkoll għall-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira li joħorġu minn diversi parroċċi.
Fost oħrajn, bosta dilettanti kellhom ħidma impenjattiva relatata mat-tiżjin tal-fjuri li huma sinonimi mal-vari tal-Ġimgħa l-Kbira.
Fl-istess waqt, dalgħodu, f’diversi knejjes madwar Malta u Għawdex qed isiru t-tħejjijiet għall-funzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka u l-purċissjonijiet li huma pjanati li joħorġu għada minn diversi parroġġi.
Fil-fatt, bosta dilettanti bħalissa jinsabu għaddejin bil-ħidma relatata mat-tiżjin tal-fjuri li huma sinonimi mal-vari tal-Ġimgħa l-Kbira.
Fil-Ġimgħa l-Kbira, NET Televisin se jxandar il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira mill-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ, biex imbgħad f’Ħadd il-Għid, il-crew ta’ NET TV jinżel Ħal Qormi biex ixandar il-purċissjonijiet tal-Irxoxt.
Kollox jindika li t-temp f’dawn il-jiem mistenni jkun wieħed sabiħ, u tassew favorevoli għal dawk ir-reffiegħa li jkunu involuti fil-purċissjonijiet.
Ritratti: Martin Agius
//= $special ?>