Il-proposta li l-Malti jiġi studjat bħala lingwa barranija minn xi Maltin f’Malta stess, inkunu qed inbarru l-ilsien Malti f’pajjiżna stess.
Dikjarazzjoni skjetta mill-Professur Charles Briffa waqt diskussjoni fuq il-programm Net Live fejn ikkwota l-istess ħsieb tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila
Hu qal li kuntrarju għall-impressjoni li qed tingħata, ir-riżultati tal-istudenti fl-eżamijiet tal-Malti huma fin-norma.
Min-naħa tiegħu, il-kittieb Trevor Zahra qal li l-ebda pajjiż fid-dinja m’ għandu ċittadini ta’ dak il-pajjiż li l-lingwa tagħhom hi meqjusa bħala lingwa barranija.
Hu joġġezzjona li l-Malti mgħallem f’livelli differenti ikunu jgħoddu kollha għal per eżempju dħul fl-Universita’ ta’ Malta
Trevor Zahra li min-naħa l-oħra, kulhadd jaqbel li l-barranin jitgħallmu l-Malti biex iktar jintegraw f’pajjiżna. M’hemmx għalfejn li jitgħallmu b’mod grammatikali imma hu importanti li jitgħallmu jitkellmu għaliex jekk dan ma jsirx, postijiet bħall-iskejjel ma jibqgħux jiffunzjonaw bil-Malti minħabba l-influss kbir ta’ tfal barranin li ma jafux jitkellmu bil-Malti.
//= $special ?>