Internazzjonali

Traġedja f’għassa tal-Pulizija fil-Veneżwela

Tal-anqas 68 persuna, fil-maġġoranza priġunieri, tilfu ħajjiethom wara nar f’għassa tal-Pulizija f’Valencia, fl-Istat ta’ Carabobo fil-Veneżwela. In-nar beda hekk kif sar sforz mill-priġunieri biex jaħarbu mill-bini. hekk kif żviluppa n-nar ħafna qraba ta’ dawk miżmuma fil-bini nġabru fil-post u kien hemm inċidenti mal-Pulizija.