Lokali Saħħa

Xorta għandek bżonn ċertifikat jekk min iħaddem ikun iridu

Miftuħa l-linja 153 għal min jeħtieġ aktar informazzjoni

Jekk ħaddiem jimrad u jdum tliet ijiem jew inqas indispost mix-xogħol mhux se jkollu bżonn ċertifikat tal-mard mingħand it-tabib għad-Dipartiment tas-Solidarjetà Soċjali.

Fi stqarrija tal-Gvern intqal li din il-miżura daħlet fis-seħħ b’effett immedjat. Ġie spjegat ukoll li ċertifikat ta’ mard (ta’ lewn blu) ta’ tliet ijiem jew anqas ma jikkostittwix talba għall-benefiċċju tal-mard u għaldaqstant id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m’għandux il- bżonn ta’ dawn iċ-ċertifikati biex jiġu pproċessati.

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali avża wkoll illi jekk min iħaddem jesiġi li jkollu kopja taċ-ċertifikat mediku, xorta jrid jibqa’ jingħata lilu mill-impjegat.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel bla ħlas fuq 153.