Fil-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka, u filgħodu tal-Ġimgħa l-Kbira – id-devozzjoni fost il-poplu Malti tibqa’ waħda qawwija. Fl-irħula u l-ibliet f’dawn l-aħħar ġimgħat kienu bosta dawk li ramaw numru ta’ wirjiet li jkomplu jdaħħlu l-ispirtu reliġjuż f’dawn iż-żminijiet.
Iżda aktar minn hekk, f’dawn l-aħħar jiem taż-żmien tar-Randan, il-ġabra tal-poplu Malti tidher waqt il-funzjonijiet quddiem is-sepulkru u jduru s-seba’ visti f’seba’ knejjes differenti. Is-seba’ visti fihom sinjifikat partikolari, hekk kif dawn juru s-seba’ stazzjonijiet li Kristu għadda minnhom, sa mill-aħħar ċena sat-tisliba fuq l-għuda. Għalhekk morna l-Belt Valletta biex insegwu din it-tradizzjoni u l-ġabra ta’ talb reliġjuż.
Għal kuntrarju ta’ dak li jaħsbu ħafna, fil-jum tal-Ġimgħa l-Kbira l-kulur vjola jew iswed mhuwiex dak użat mill-Knisja – iżda minflok jintuża l-kulur aħmar.
Bħala sinjifikat ukoll fi żmien, il-knejjes madwar Malta u Għawdex kienu jitneżżgħu mill-kurċifissi. Iżda għalfejn?
Aktar tard matul il-ġurnata tal-Ġimgħa l-Kbira komplew id-diversi tradizzjonijiet, bl-attenzjoni partikolari li tingħata lill-purċissjoni bil-vari li jduru fit-toroq ta’ numru ta’ irħula u bliet f’Malta u Għawdex.
//= $special ?>