Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jżur wirjiet f’San Ġwann

“Żgħażagħ b’talent kbir”.

Dan kien kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia hekk kif żar San Ġwann u ammira d-dedikazzjoni tad-dilettanti tal-wirjiet tal-Ġimgħa l-Kbira.

Adrian Delia beda l-visti bi żjara fil-Knisja ta’ San Ġwann fejn kien hemm armat is-sepulkru. Wara hu kompla l-visti billi żar numru ta’ wirjiet li hemm ġewwa San Ġwann stess.

Xi ħaġa partikolari hi li kull wirja li żar kienet organizzata u armata miż-żgħażagħ, bi stili differenti minn xulxin iżda b’ħafna dettalji għal kull statwa .

Adrian Delia tkellem maż-żgħażagħ fejn qalulu li x-xogħol jibda minn ġimgħat u saħansitra xhur qabel.

Sadattant għada, għall-ewwel darba f’San Ġwann se jkun qed joħroġ l-Irxoxt għall-ewwel darba, bil-purċissjoni tibda l-Ħadd fil-ħamsa ta’ filgħaxija. Dan wara li l-Ġimgħa l-istess lokalità żanżnet statwa ġdida tal-ħasil tar-riġlejn.

Ritratti: Matthew Tabone