Internazzjonali

Ir-Russja tkeċċi 60 diplomatiku Amerikan

Ir-relazzjonijiet bejn ir-Russja u l-Punent ikomplu jmorru l-baħar.

Dan hekk kif Moska ħabbret li se tkeċċi 150 diplomatiku fosthom 60 mill-Istati Uniti.

Dan b’reazjoni għall-istess ammont ta’ diplomatiċi Russi li kienu mkeċċija f’dawn l-aħħar ġranet.

Tkeċċiet li bdew minħabba l-każ ta’ avvlenament li kien hemm fir-Renju Unit ta’ eks spjun Russu u bintu.