Raġel ta’ 37 sena nżamm arrestat wara li ammetta u nqabad minn kameras tal-siġurtà waqt li jisraq b’€3,000 mill-każin tal-Partit Nazzjonalista fir-Rabat.
Ir-raġel irnexxielu jikseb aċċess għal ġewwa wara li daħal minn sit ta’ kostruzzjoni li jinsab biswit l-istess każin. Immedjatament malli sar magħruf li seħħet din is-serqa sar rapport lill-Pulizija, bir-raġel jiġi arrestat xi ħin wara hekk kif hu jiffirma darbtejn kuljum fl-għassa tal-lokal.
Minkejja li l-filmat tas-serqa ilu għall-aħħar jiem idur fuq il-midja soċjali, b’wiċċ l-akkużat jidher sew, il-Qorti ordnat li ma jixxandarx ismu għaliex qal li l-ħames uliedu kienu vittmi ta’ bullying fl-iskola wara li nstab ħati ta’ każ preċedenti. Filfatt hu nstab ħati wkoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti marbuta ma’ każi preċedenti u li hu riċediv.
Qabel daħal il-Qorti l-akkużat għamel ukoll ġest oxxeni lejn il-ġurnalisti u qabad joffendihom.
//= $special ?>