Il-linji gwida li ħarġu mill-Gvern dwar il-homework ġew deskritti bħala ‘ġennata’ u bħala ‘iċ-ċajta tal-ewwel ta’ April’ waqt intervista f’Net Live mill-President tal-Union tal-Għalliema Maltin (MUT) Marco Bonnici.
Marco Bonnici qal li huma kienu pjuttost sorpriżi għal dawn il-linji gwida maħruġa mill-Gvern dwar kemm ikollhom homework it-tfal, fejn minkejja qalu li jaqblu li għandu jkun hemm xi forma ta’ linji gwida – ma kienx hemm konsultazzjoni magħhom dwar dan:
Il-Gvern ħareġ b’linji gwida li jagħtu ħin ta’ dewmien biex fuqu jiġi kkalkulat l-ammont ta’ homework li se jkollhom it-tfal. Per eżempju, tfal li jattendu livelli ta’ Year 1 u Year 2 ikollhom massimu ta’ 20 minuta homework kuljum, filwaqt li tfal li jattendu minn Year 3 sa Year 4 tal-Primarja jkollhom massimu ta’ 45 minuta. Madanakollu, il-President tal-MUT stqarr li l-għalliema jafu li din is-sistema ma’ tagħmilx sens:
Marco Bonnici qal li huma diġa’ bdew jirċievu rispons mill-membri tagħhom, u se jkunu qegħdin joħorġu stqarrija fil-jiem li ġejjin billi jippreżentawa anke lill-Gvern.
//= $special ?>