Il-mexxejja tal-Korea ta’ Fuq u l-Korea t’Isfel se jkollhom l-ewwel summit tagħhom f’aktar minn għaxar snin fis-27 ta’ April.
It-taħditiet bejn il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un u l-President tal-Korea t’Isfel Moon-Jae-in se ssir fil-raħal ta’ Panmunjom, li jinsab tul il-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi u maqsuma bejnithom.
Id-data tħabbret wara laqgħa li saret bejn l-uffiċjalit aż-żewġ naħat biex jistabilixxu d-data.
Wara dan is-summit ikun imiss is-summit bejn Kim u l-President Amerikan Donald Trump. Għalkemm l-indikazzjoni hi li s-summit se jsir f’Mejju, ma tħabbret la d-data u lanqas il-post.
Is-summit bejn iż-żewġ Korei għas-27 ta’ April


