Lokali

FILMAT U RITRATTI: Attività b’vetturi, għall-karità, mill-MDRA

Attività organizzata mill-Malta Drag Racing Association għal għan filantropiku.

Karozzi bl-isbaħ ilwien u magni, b’vetturi anki tal-films f’Ħal Far. Il-Malta Drag Racing Association organizzat attività għall-karità b’risq l-Autism Centre, għal dawk li għandhom l-kundizzjoni tal-awtiżmu.

Fuq hekk tkellimna ma’ Mario Mifsud, wieħed mill-organizzaturi tal-attività MDRA for Charity. Huwa qalilna wkoll fuq il-preparamenti għall-attività u l-ħidma kontinwa mhux biss mill-organizzaturi iżda

Kellimna wkoll Terrance Ridley, sewwieq tad-Drag Racing fejn qalilna aktar fuq dan l-isports u xi jfisser għalihom, u kif ukoll is-suċċess ta’ pajjiżna f’dan l-isport.

Tkellimna ma’ Reuben Micallef is-Segretarju tal-MDRA, għaqda li għandha ‘l fuq minn 700 membru din il-wirja.

“Għan-nies anqas ixxurtjati minnha d-dinja nagħmlu”

Huwa qal li għaqda għalkemm hija sportiva dejjem tipprova tagħmel minn kollox biex tgħin kemm jista’ jkun possibli. Dan wara kollox huwa l-għan tal-attività.

Ritratti ta’ Martin Aguis.