Lokali

FILMATI U RITRATTI: Evakwati n-nies wara ħruġ ta’ gass mill-impjant tal-Easygas

Għadd ta’ persuni min-numru ta’ kumpaniji kellhom jiġu evakwati wara li ħareġ gass qawwi minn kumpannija tal-gass fiż-żona industrijali, fi Triq Valletta Ħal Luqa.

Jidher li l-inċident seħħ meta kien qed jimtela’ bowser tal-gass u tqaċċat pajp bil-pressa. Il-każ seħħ f’impjant tal-kumpannija tal-Easy Gas wara li kien hemm ħruġ ta’ gass minn bowser, li jesa’ 11,000 tunnellata u nstabitlu tiċrita mal-pajp minn fejn beda ħiereġ minnu xi gas.

Il-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili fuq il-post assiguraw li l-gass telaq kollu billi għamlu użu mill-ilma u bil-foam. B’hekk b’dan il-mod l-impatt tal-gass fiż-żona beda jitnaqqas ftit ftit.

Għal xi ħin it-toroq li jagħtu għaż-żona Industrijali, Triq Qormi u Triq Valletta ingħalqu għat-traffiku. Dan hekk kif l-awtoritajiet holqu zona ta’ eskluzjoni ta’ madwar sitt mitt metru biex ikun assigurat li ma jinholoqx periklu ghan-nies.

 

Ritratti ta’ Martin Agius.