Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal f’post fuq Facebook li jemmen li għandna nintrabtu biex nibnu dawn l-appartamenti ġewwa Londra sabiex l-morda tal-kanċer ikollhom għallinqas post fejn jgħixu waqt l-agħar żmien.
Hu żied li jgħid li jemmen ukoll li għandna naraw x’inhuma l-bżonnijiet fis-settur tas-saħħa kollu.
“Nemmen li pajjiżna għandu jagħti l-iktar lil min għandu l-inqas; anzjani, fqar, morda u dawk l-iktar fil-bżonn”, qal Adrian Delia waqt li fakkar kif f’Malta hawn ħafna u ħafna voluntiera li jagħtu ħinhom, xogħlhom, ħajjithom għall-karità.
Il-morda, id-dgħajfa, l-anzjani, il-fqar jistħoqqilhom l-għajuna tal-gvern. Anzi l-gvern huwa obbligat li jieħu ħsieb li dawn jingħataw l-aqwa li jista’ l-pajjiz minn żmien għal żmien, għaliex dak huwa xogħol il-gvern – Obbligu, Dmir u Mhux karita’.
Adrian Delia temm jirrikonoxxi lill-eluf ta’ voluntiera, lill-mijiet ta’ NGO’s, lin-nies, lill-poplu, lill-Maltin u l-Għawdxin tal-qalb kbira li jagħtu dak kollu li jistgħu, bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista jtemm jirrikonoxxi wkoll lill-eluf li sbieħ il-Ġimgħa l-Kbira mxew mill-Mellieħa sal-Isla biex ġabru iżjed minn €80,000.
//= $special ?>