Lokali

Jaqtgħu xagħrhom u jgħinu għall-missjoni fl-istess ħin

Sibt il-Għid b’differenza għal grupp ta’ żgħażagħ li kull sena jmorru jgħinu fil-missjoni.

Dan hekk kif il-grupp Mzungu Mission flimkien mal-hairdresser Clinton Chetucuti iddedikaw il-ġurnata kollha għall-maratona ‘Cut and Blowdry’.

In-nies li marru jaqtgħu xagħrhom, fl-istess waqt, kienu qed jgħinu wkoll għall-missjoni.

Il-grupp Mzungu Mission huwa grupp magħmul minn numru ta’ żgħażagħ li jagħmlu xogħol volontarju f’diversi pajjiżi fil-bżonn fl-Afrika, fosthom il-Kenja, it-Tanżanija, ir-Rwanda u l-Indja.

Dawk li marru, kellhom l-opportunità li jitkellmu maż-żgħażagħ li ghamlu x-xogħol volontarju filwaqt li ħadu tazza kafe. Huma setgħu jixtru wkoll xi figolla għall-Għid.

Idħol fil-grupp ta’ Facebook ta’ Mzungu Mission biex tara kif tista’ tgħinhom.