Waqt ix-xandira speċjali ta’ Xarabank fuq TVM inġabret is-somma ta’ aktar minn €1,620,000 b’risq Puttinu Cares. Din is-somma kienet frott id-donazzjonijiet li taw il-Maltin u l-Għawdxin nhar il-Ġimgħa l-Kbira.
L-ammont miġbur jaqbeż is-somma tas-sena li għaddiet. Intant fil-programm, il-Prim Ministru ħabbar li se jingħataw €5 miljuni lil Puttinu mill-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza.