Id-distinzjoni bejn il-livelli ta’ tagħlim tal-ilsien Malti, bejn kif inhu mgħallem bħalissa u l-proposta li jkun mgħallem bħala lingwa barranija, se jkollhom effett negattiv. Fi stqarrija iffirmata minn 22 lingwisti mill-Universita’ ta’ Malta u Universitajiet oħrajn fl-Ewropa u l-Istati Uniti, l-akkademiċi sostnew li hemm ċans kbir li jirriżultaw f’differenzi u inugwaljanzi bejn l-istudenti ladarba dawn ikunu ħadu rotot differenti biex jistudjaw il-lingwa.
Huma qalu li filwaqt li t-tagħlim tal-lingwa nazzjonali lill-barranin huwa għan li ta’ min jistinka għalih, it-tagħlim ta’ lingwa barranija ma jistax jitqies fl-istess keffa tat-tagħlim tal-lingwa nattiva.
L-Akkademiċi qalu li m’huwa xejn komuni li nazzjon jieħu miżuri bħal dawn fil-konfronti tal-lingwa nazzjonali, lingwa li flimkien mat-tieni lingwa uffiċjali tal-pajjiż, hija protetta mill-Kostituzzjoni. Barraminhekk, hemm probabbiltà li dawn il-miżuri jissarrfu fi ħsara lill-bilingwiżmu fil-pajjiż. Jekk iseħħ dan, ikun qed imur kontra l-evidenza magħrufa li turi li ħakma tajba ta’ iktar minn lingwa waħda tissarraf f’vantaġġi sew ekonomiċi u soċjali, kif ukoll fejn jidħol l-iżvilupp intellettwali tal-individwu.
L-Istqarrija ttemm li minħabba li l-Malti huwa lingwa “żgħira” b’numru limitat ta’ kelliema, il-lingwisti appellaw lill-awtoritajiet biex jagħrfu r-responsabbiltà tagħhom li jipproteġu l-ġejjieni tagħha. Hemm ċans li l-miżuri li qed jiġu proposti jagħmlu ħsara lil parti kruċjali mill-identità lingwistika ta’ dan il-pajjiż u ebda komunità ma għandha tħallas dan il-prezz.
L-istqarrija kienet iffirmata minn
Professur Adam Ussishkin, Universita’ ta’ Arizona, Stati Uniti
Dr Albert Gatt, Universita’ ta’ Malta
Professur Alexandra Vella, Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa
Professur Andrei A. Avram, Dipartiment tal-Ingliż, Universita’ ta’ Bucharest, Rumanija
Professur Andrew Wedel, Universita’ ta’ Arizona, Stati
Mr Benjamin Saade, Universita’ ta’ Bremen, Ġermanja
Dr Christopher Lucas, SOAS Universita’ ta’ Londra, Renju Unit
Ms Erika Weinberger, Universita’ ta’ Kiel, Ġermanja
Dr George Farrugia, Università ta’ Malta
Ms Jessica Nieder, Universita’ Heinrich-Heine ta’ Duesseldorf, Ġermanja
Dr Luke Galea, Universita’ ta’ Malta
Professur Marie Alexander, Universita’ ta’ Malta
Dr Maris Camilleri, University ta’ Essex, Renju Unit
Dr Michael Spagnol, Università ta’ Malta
Dr Olvin Vella, Universita’ ta’ Malta
Professur Patrizia Paggio, Universita’ ta’ Malta
Professur Ray Fabri, Universita’ ta’ Malta
Professur Ruben van de Vijver, Universita’ Heinrich-Heine, Düsseldorf, Ġermanja
Ms Shiloh Drake, Universita’ ta’ Arizona, Stati Uniti
Dr Slavomír Čéplö, Akkademja tax-Xjenzi, Awstrija
Dr Stavros Assimakopoulos, University ta’ Malta
Professur Thomas Stolz, Universita’ ta’ Bremen, Ġermanja
//= $special ?>