Futbol Sport

Premiership Ingliż: Manchester City rebħa ‘l bogħod mit-titlu

Manchester City jinsabu rebħa ‘l bogħod mit-titlu, rebħa li jistgħu jakkwistawha nhar is-Sibt li ġej f’darhom kontra r-rivali Manchester Utd.

Dan wara li għelbu lil Everton bi skor ta’ 3-1 biex issa jinsabu 16-il punt fuq l-istess Man Utd.

Ironikament il-manager ta’ Man City Pep Guardiola qatt ma kien għeleb lil Everton fit-tliet darbiet preċedenti li lagħab kontra Everton imma l-affarijiet mal-ewwel dehru li se jkunu faċli għal City meta dawn fetħu l-iskor wara biss erba’ minuti b’gowl ta’ SANE li sab ix-xibka b’volley mill-isbaħ.

Is-Citizens komplew iżidu mal-iskor hekk kif De Bruyne tefa’ cross li sab lil Gabriel JESUS u dan (bħal ma għamel fost il-ġimgħa mal-Brażil kontra l-Ġermanja) skurja b’daqqa ta’ ras.

Fis-37 minuta STERLING skurja ieħor għal City filwaqt li l-gowl tal-bandiera ta’ Everton skurjah BOLASIE.