Lokali

Sentenza sospiża għal eks Pulizija li ma kienx jgħaddi persuni mill-kontrolli tal-immigrazzjoni

L-eks surġent Mario Camenzuli

Pulizija li nqabad iħalli l-immigranti jaqbżu l-kontrolli tal-immigrazzjoni fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kien ikkundannat sentejn ħabs, sospiżi għal erba’ snin.

L-eks Surġent tal-Pulizija Mario Camenzuli, li reġa’ ddaħħal fil-Korp fl-2013, ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Il-Prosekuzjoni xlietu li kien qed jiffaċilita l-immigrazzjoni illegali u li naqas milli jaqdi d-dmirijiet tiegħu.

Camenzuli, ta’ 67 sena residenti f’Bormla, kien arrestat f’Jannar li għadda wara li, skont sorsi, kien inqabad mill-kameras tas-sigurta’.  Il-każ instema’ mill-Maġistrat Ian Farrugia.

Sadanittant, f’każ ieħor li għad mhux magħruf jekk hemmx konnessjoni ma’ dak tal-eks Surġent Camenzuli, uffiċjal tal-Immigrazzjoni tressqet il-Qorti  akkużata li kienet qed tħalli immigranti irregolari jibqgħu Malta. Skont l-akkużi, il-mara, li isimha mhux qed jixxandar fuq ordni tal-Qorti, kienet tittimbra passaporti ta’ immigranti biex jidhru li jinsabu Malta regolarment.