Lokali

Tnejn iweġġgħu wara li nqalbu bil-karozza fl-Imġarr

Raġel ta’ 47 sena mir-Rabat sofra feriti gravi u mara ta’ 49 sena mill-Mellieħa sofriet feriti ħfief wara li lbieraħ filgħaxija nqalbu bil-karozza fl-Imġarr Malta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7pm fi Triq l-Imġarr, fejn aktarx li r-raġel tilef il-kontroll tal-karozza tat-tip Toyota li kien qed isuq u konsegwenza ta’ hekk, il-karozza nqalbet.

Minbarra l-Pulizija, fil-post issejjaħ ukoll tim mediku li ta l-ewwel għajnuna liż-żewġ persuni qabel ma ħadhom l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.