Lokali

Żagħżugħ Żabbari jġarrab ġrieħi gravi f’inċident bil-mutur

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Żagħżugħ minn Ħaż-Żabbar kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-1500hrs fi Triq Ħal Tarxien, fil-Gudja, meta għal xi raġuni mhux magħrufa l-mutur tat-tip Yamaha 125 misjuq mill-vittma ta 21 sena kellu mpatt ma vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 41 sena minn Wied il-Għajn.

Fuq il-post issejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lis-sewwieq tal-mutur l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.