Futbol Sport

FILMAT: Bidu mill-aqwa għal Zlatan Ibrahimovic fil-Major Soccer League

Zlatan Ibrahimovic jiddebutta fl-MLS b'doppjetta (Ritratt: EPA)

Zlatan Ibrahimovic kellu bidu mill-aqwa ma’ Los Angeles Galaxy fil-Major Soccer League wara li skorja doppjetta biex għen lit-tim tiegħu jikseb rebħa drammatika fuq Los Angeles FC.

Doppjetta tal-attakkant Messikan Carlos Vela fl-ewwel 26 minuta kienet tat vantaġġ doppju lil Los Angeles FC, biex awto-gowl ta’ Daniel Steres fit-48 minuta dehret li setgħet tagħti rebħa komda.

Sebastian Lletget naqqas id-distakk fil-61 minuta, bl-attakkant Żvediż jidħol 19-il minuta mit-tmiem. Chris Pontius għamel l-iskor 3-2 żewġ minuti wara d-dħul tal-Iżvediż.

Ibrahimovic ġab id-draw fis-77 minuta b’xutt mill-ewwel minn madwar 40 metru li qabad lill-gowlkiper Tyler Miller barra minn postu. Hu skorja l-gowl tar-rebħa fil-91 minuta b’daqqa ta’ ras li biha antiċipa l-ħarġa tal-gowlkiper wara kross mix-xellug.