Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia żar il-purċissjonijiet tal-Irxoxt fil-Kottonera fejn iltaqa’ man-nies fil-jum tal-Għid il-Kbir.
Adrian Delia beda bl-ewwel żjara tiegħu fl-Isla fejn ra l-Irxoxt ħierġa mill-Knisja ta’ Marija Bambina tal-istess lokalità. Minn hemmhekk hu beda miexi lejn ix-xatt fejn kompla jiltaqa’ ma’ dawk preżenti.
Hekk kif niżel ix-xatt, hu qasam il-Port b’dgħajsa lejn il-Birgu biex ra l-istatwa tal-Irxoxt ħierġa mill-paroċċa ta’ San Lawrenz filwaqt li assista wkoll għat-tradizzjoni ta’ kull sena; dik tal-ġirja bl-Irxoxt.
Kien hawn li ma’ Net News Adrian Delia bagħat l-awguri tiegħu lil Maltin u l-Għawdxin għall-Għid il-Kbir.
Iktar tard hu mexa lejn Bormla fejn mat-triq kompla jiltaqa’ man-nies u żar ukoll il-każin tal-Partit Nazzjonalista tal-lokalità, l-istess kif għamel iktar kmieni fl-ibliet l-oħra.
//= $special ?>