Lokali

Żewġ għaddasa jispiċċaw f’diffikultà f’Wied iż-Żurrieq

Żewġ għaddasa spiċċaw f’diffikultà hekk kif inqabdu f’baħar jibla’ l-art f’Wied iż-Żurrieq.

Minnufih issejħet għall-għajnuna tal-Forzi Armati ta’ Malta u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wara li ż-żewġ persuni ntlemħu jitqabdu fil-baħar.

Iż-żewġ persuni fortunatament ġew salvati mill-baħar permezz tal-helikopter tal-FAM.

Ritratt: Ġużi Sammut