Waqt li llum diversi lokalitajiet iċċelebraw l-Għid il-Kbir bil-purċissjonijiet bl-istatwa tal-Irxoxt, iż-Żabbarin bħalissa għaddejin b’dibattitu biex huma wkoll ikollhom l-istatwa tal-Irxoxt u b’hekk iż-Żabbarin ukoll jiċċelebraw l-Għid il-Kbir kif jagħmlu diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, aktar u aktar meta Ħaż-Żabbar huwa t-tieni l-akbar belt f’Malta.
Id-diskussjoni bdiet fi grupp fuq facebook li fih hemm mijiet ta’ Żabbarin u d-diskussjoni qajmet interess kbir, dan wassal biex saħansitra l-President tal-Banda San Mikiel, waħda mill-Baned f’Ħaż-Żabbar, Quinton Scerri, kiteb lill-Arċipriet ta’ Ħaż-Żabbar Dun Evan Caruana dwar din il-proposta. Jidher li dwar dan hemm l-għajnuna wkoll tal-Banda Maria Mater Gratiae.
B’hekk jista’ jkun li din ix-xewqa ta’ ħafna Żabbarin, issir realta’!