Raġel ta’ 41 sena waqa’ madwar sular għoli waqt li kien qiegħed jaħdem fid-dar tiegħu fuq sellum, fejn sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart ta’ filgħaxija, seħħ l-inċident fi Triq Wied Anġlu, in-Naxxar.
Numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 41 sena waqa’ minn fuq sellum waqt li kien fuq il-bejt tar-residenza tiegħu. Huwa waqa’ madwar sular għoli.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom għaddejjin.
//= $special ?>