Lokali

Żewġ persuni isofru xi ġrieħi f’Ħad-Dingli

Sewwieq ta’ mutur miż-Żurrieq kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħad-Dingli.

Il-każ seħħ fis-13.30 ta’ wara nofsinhar fi Triq il-Panoramika metaseħħ impatt bejn vettura tat-tip Mercedes-Benz misjuqa minn raġel ta’ 32 sena mill-Marsa u mutur tat-tip Kawasaki misjuq mill-vittma ta’ 39 sena wara li s-sewwieq tal-karozza allegatament wettaq ‘u-turn’.

Flimkien mal-vittma din il-kamra tal-aħbarijiet tista tikkonferma li kien hemm ukoll is-sieħba tiegħu riekba fuq il-mutur.

Fuq il-post issejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lir-raġel u l-mara l-isptar għal aktar kura. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.