Futbol Sport

Tliet gowls fl-aħħar kwarta biżżejjed għal Arsenal

Xherdan Shaqiri (xellug) u Jack Wilshire (fin-nofs) fl-azzjoni (Ritratt: EPA)

Arsenal kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-Premier League b’rebħa ta’ 3-0 fuq Stoke fl-Emirates Stadium. Din it-telfa kompliet tkabbar il-problemi ta’ Stoke li għadhom fil-post ta’ qabel tal-aħħar fil-klassifika.

It-tim ta’ Wenger kellu bżonn tliet gowls fl-aħħar kwarta. Kien Pierre-Emerick Aubameyang li fetaħ l-iskor minn penalty fil-75 minuta wara fawl fuq Mesut Ozil. Fis-86 minuta, Arsenal għalqu l-logħba bit-tieni gowl ta’ Aubameyang li għeleb lil Butland b’xutt fil-baxx minn azzjoni ta’ korner. Tliet minuti wara, Arsenal ingħataw it-tieni penalty tal-logħba. Din id-darba kien fawl fil-kaxxa fuq Alexandre Lacazette, bl-istess plejer jiskorja t-tielet gowl.