Tottenham Hotspur għamlu pass importanti biex staġun ieħor jerġgħu jilagħbu fil-UEFA Champions League, wara li fi Stamford Bridge għelbu lil Chelsea 3-1. B’din ir-rebħa, Tottenham issa jinsabu tmien post fuq l-istess Chelsea fir-raba’ post, li hu l-aħħar post li bih tikkwalifika għall-edizzjoni li jmiss taċ-Champions League.
Kienu Chelsea fetħu l-iskor man-nofs siegħa logħob meta minn kross mil-lemin, Alvaro Morata ħa vantaġġ minn indeċiżjoni tal-gowlkiper Hugo Lloris u skorja b’daqqa ta’ ras. Tottenham ġabu d-draw eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima b’xutt b’saħħtu ta’Christian Eriksen li ma tax ċans lil Willy Caballero.
Tottenham marru minn fuq fil-61 minuta meta Dele Alli ġera tajjeb fl-ispazju biex iltaqa’ ma’ ballun fit-tul, ikkontrolla u għeleb lil Caballero mill-viċin, bil-ballun jaħbat mal-wieqfa qabel jidħol fix-xibka. L-istess plejer għamel l-iskor 3-1 erba’ minuti meta skorja b’opportuniżmu mill-viċin wara li żewġ tentattivi ta’ Heung Min Son kienu blokkati.
//= $special ?>