L-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Christopher Ellul bħala Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien.
Dun Christopher Ellul twieled fl-14 ta’ Ġunju 1988. Irċieva l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola Ġużeppi Agius, Raħal Ġdid, l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fl-iskola St Michael, Santa Venera, u l-edukazzjoni post-sekondarja fil-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela, l-Imsida.
Kompla l-istudji terzjarji fil-Fakultà tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta, fejn kiseb ukoll il-liċenzjat fit-Teoloġija. Ġie ordnat saċerdot fit-3 ta’ Lulju 2015.
Dun Christopher serva bħala Viċi Arċipriet fil-Parroċċa ta’ San Nikola, is-Siġġiewi.
Il-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien tiġbor fiha madwar 9,000 persuna f’2,800 familja.
//= $special ?>