Għawdex Lokali

Attivita’ unika qrib l-Għadira ta’ Sarraflu

Kull sena f'Ta' Kerċem issir din l-attivita' il-Ħadd ta' wara l-Għid il-Kbir

L-attivita annwali Fiera Festa tal-Għadira ser issir nhar il-Hadd 8 t’April fl-inħawi pittoreski tal-Għadira Ta’ Sarraflu, limiti Ta’ Kerċem f’Għawdex.

Din ser tkun l-34 edizzjoni ta din l-attivita` popolari li saret għal ewwel darba fis-sena 1984. Sa mill-bidu, il-Fiera Festa tal-Għadira kienet organizzata Ħadd fuq l-Għid il-Kbir u din saret appuntament annwali għall-familja kollha fejn kulħadd jista jiddeverti fil-ħafna attrazjonijiet filwaqt li jwagdi l-arja bnina tal-kampanja Għawdxija.

Din is-sena l-organizzaturi ħejjew attrazjonijiet varji li jinkludu logħob għal kulħadd b’ħafna rigali sbieħ x’jintrebħu. Ser ikun hemm area kbira għat-tfal b’diversi bouncing castles u logħob ieħor għat-tfal. Huma jistgħu jirkbu ukoll fuq il-pony u jmorru dawra mal-Għadira Ta’ Sarraflu. Waqt l-attivita ser ikun hemm ukoll stands tal-ikel u xorb li jkunu jservu ikel u ħelu varjat.

Parkeġġ mhux problema għal dawk li ser jattendu l-attivita.

L-Għadira Ta’ Sarraflu hija wkoll magħrufa għall-passaġġi fil-kampanja fejn wieħed jista jagħmel passiġġata fuq l-irdumijiet fuq ir-riħ tal-bajjiet tax-Xlendi u d-Dwejra.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 2155 1355 jew ibgħatu email fuq pkercem@go.net.mt

Tags