It-tim ta’ Naxxar ta’ taħt il-15-il sena mpressjona bil-kbir hekk kif temm fit-tieni post fil-Gardaland Cup International Tounament.
F’dan it-turnament ħadu sehem aktar minn 70 tim minn madwar sitt pajjiżi differenti fosthom l-Italja, d-Danimarka, l-Ġermanja, l-Iżvizzera u l-Belġju.
It-tim Malti ssorprenda u minn sitt partiti rebaħ erbgħa, ġie draw darba u tilef biss darba. It-telfa kienet kontra Chievo Verona bi skor rispettabbli ta’ 2-1.
Fit-turnament in-Naxxarin skurjaw 11 u sofrew biss tliet gowls.
//= $special ?>