Futbol Sport

FUTBOL: WBA ikeċċu lil Pardew

West Bromwich Albion ħabbru li keċċew lill-kowċ Alan Pardew wara r-riżultati xejn tajbin li kiseb it-tim matul dawn l-aħħar xhur. WBA tilfu dawn l-aħħar tmien partiti, bl-aħħar telfa tasal is-Sibt li għadda bi skor ta’ 2-1 kontra Burnley.

Riżultat ta’ din it-telfa WBA jinsabu fiz-zona tar-relegazzjoni meta għal tmiem il-kampjonat fadal sitt partiti.

Pardew kien ġie maħtur manager ta’ WBA f’Novembru li għadda meta dakinhar il-Baggies kienu keċċew lil Tony Pulis wara li kienu għamlu 10 logħbiet bla rebħa. Madankollu Pardew ma għenx lit-tim jirkupra.

Pardew hu l-10 manager li tkeċċa dan l-istaġun fil-Premiership Ingliż.