Futbol Lokali

IĊ-ĊAJTA TA’ NET NEWS: Daniel ta’ Bay Breakfast belagħha sa griżmejh!

Ir-reazzjoni għall-istorja pubblikata minn dan is-sit kienet waħda sublimi

L-1 t’April ma tantx niżel tajjeb għas-sostenituri tat-tim nazzjonali Taljan illi spiċċaw vittma ta’ ċajta ħelwa li għamel dan is-sit.

Iċ-ċajta kienet iddur ma’ aħbar illi t-Taljani se jkunu qed jidħlu fil-finali tat-Tazza tad-Dinja wara li l-FA Ingliża ħabbret li b’effett immedjat ittieħdet id-deċiżjoni mill-Prim Ministru Theresa May innifisha sabiex għal din id-darba l-Ingliżi jieħdu pass lura minn din l-edizzjoni wara l-attakk f’Salisbury.

Iċ-ċajta kienet tgħid illi l-ewwel rapporti ħarġuhom ġurnali Russi, li bħal sajjetta fil-bnazzi, ħasdu d-dinja tal-futbol. “Din il-mossa tfisser li issa jidħol fis-seħħ l-artiklu 7, jiġifieri t-Taljani, u l-Irlanda lesti sabiex isibu posthom fit-Tazza tad-Dinja biċ-ċans għall-finali f’Moska”.

L-aħbar tant kienet tidher reali illi ħafna ħasbu li hi vera.

Il-preżentaturi ta’ Bay Breakfast Daniel u Ylenia ukoll qalu tagħhom dwar din iċ-ċajta tal-1 t’April. Daniel stqarr illi belgħaha, u emmen li verament it-Taljani kienu se jidħlu lura fit-Tazza tad-Dinja.

Fuq il-Facebook Page ta’ NET NEWS kienu għexieren il-messaġġi li daħlu minn dawk li jsegwuna. Uħud qalulna li kienet ċajta li anke huma belgħuha. Oħrajn mal-ewwel indunaw li kienet ċajta tal-1 t’April.

KONFERMA: L-Ingliżi u l-Iżvediżi barra mit-Tazza tad-Dinja 2018 – It-Taljani għal ġewwa