Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Awtiżmu, twaqqaf kunsill konsultattiv dwar l-awtiżmu.
L-iskop ta’ dan il-kunsill konsultattiv hu li jfassal strateġija nazzjonali dwar l-awtiżmu fi żmien sena mbagħad jagħmel tiġdid u monitoraġġ tal-istrateġija fis-snin ta’ wara.
Il-liġi Maltija dwar l-awtiżmu, imsejħa l-Att dwar l-Empowerment tal-Persuni fil-Firxa Wiesgħa tal-Awtiżmu, minbarra li tiddeskrivi l-kunsill u x-xogħol li se jagħmel, tagħti qafas u linji gwida għall-istrateġija.
Il-kunsill konsultattiv dwar l-awtiżmu jikkonsisti minn persuni mill-kamp governattiv, minn professjonisti, minn akkademiċi u mis-soċjetà ċivili, inklużi persuni fil-firxa wiesgħa tal-awtiżmu li għandhom għal qalbhom dan is-settur.
Fl-okkażjoni ta’ dan il-jum il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’post fuq Facebook saħaq dwat l-importanza li nifhmu aktar is-sbuħija tal-moħħ tal-bniedem milli nonqsu milli nirrispettaw in-nies bl-awtiżmu u l-abbiltajiet tagħhom.
//= $special ?>