L-Arċipriet tal-Birgu, il-Kanonku Dun Karm Busuttil mar l-għassa kmieni dalgħodu sabiex jirrapporta l-wire tad-dawl li miegħu weħlet il-vara ta’ Kristu Irxoxt. Dan is-sit hu nfurmat li l-wire kien imżaqqaq għal isfel, ftit aktar minn sitt piedi mit-triq.
Fil-Birgu, il-vara tal-Irxoxt tintrefa’ bl-idejn.
L-inċident seħħ fi Triq il-Ħabs l-Antik. Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Minbarra li tqaċċtet id l-Irxoxt, tgħawweġ ukoll l-arblu tal-bandiera tal-fidda.
Il-vara, li saret minn Salvu Psaila fl-1833, għandha ħsarat konsiderevoli.
//= $special ?>