L-Awtorita Maltija għas-Servizzi Finanzjarji kompliet tiddefendi l-pożizzjoni tagħha dwar is-sitwazzjoni fil-konfront tal-Bank Pilatus. Dan billi qalet li dan il-bank għadda minn proċess ta’ due diligence komprensiv qabel ma ingħata l-liċenzja u kif ukoll qalet li saru diversi spezzjonijiet.
Fi stqarrija maħruġa t-Tnejn filgħodu l-MFSA irrepetiet dak li sar fil-konfront tal-bank li kien fiċ-ċentru ta’ kontroversja. Iċ-Chairman tal-Bank Pilatus jinsab arrestat fl-Istati Uniti b’diversi akkużi fosthom li evada sanzjonijiet tal-Istati Uniti u li għadda $115 miljun lil kumpanija Iranjana. Ali Sadr Hasheminejad qed wieġeb mhux ħati tal-akkużi, hekk kif qed jiffaċċja aktar minn 125 sena priġunerija.
L-MFSA spjegat il-proċessi li ħadet minn meta ħarġet din l-aħbar u ddefendiet it-track record tagħha. Minkejja dan ftit li xejn intqal dwar żviluppi riċenti b’rabta ma dan il-każ.
//= $special ?>