Is-sezzjoni ġdida ta’ Aġenti tal-Proprjetà (EAS) fi ħdan il-Malta Developers Association (MDA) appellat biex il-White Paper fuq ir-regolamentazzjoni tal-aġenziji tal-proprjetà, li ilha fuq l-ixkaffa għal dawn l-aħħar sentejn, issir liġi.
Is-sezzjoni ġdida tal-MDA ħadet l-inizjattiva biex tibda tħarreġ il-konsulenti tal-proprjetà biex jagħtu servizz professjonali lill-klijenti, kemm bejjiegħa u xerrejja.
“Is-Sezzjoni ta’ Aġenti tal-Proprjetà tal-MDA m’għadiex membru f’xi assoċjazzjoni oħra u s-sezzjoni tixtieq tavża li saret de facto ir-rappreżentanta tal-industrija fuq numru ta’ bordijiet u aġenziji tal-Gvern, fl-interess tal-professjoni, il-pubbliku u l-aġenziji kollha,” qal Douglas Salt, li qiegħed imexxi l-EAS.
“Is-suq tal-proprjetà bħal issa jirrikjedi livell għoli ta’ professjonaliżmu li hu ta’ ġid għall-ekonomija lokali. Allura, din is-sezzjoni ser taħdem fuq kollox biex twassal livell għoli ta’ informazzjoni lill-konsulenti tal-proprjetà ta’ kull tip biex tassigura livell ta’ servizz eċċellenti għall-pubbliku. Inħeġġeġ lil kull min għadu ma sseħibx fl-EAS biex jagħmel dan minnufih,” temm jgħid Salt.
//= $special ?>