Internazzjonali

Mietet Winnie Mandela

Tħabbret il-mewt ta’ Winnie Mandela f’eta ta’ 81 sena. Hi mietet f’Johannesburg fl-Afrika t’isfel.
Hi kienet l-ewwel mara ta’ Nelson Mandela. Il-koppja kienu ltaqgħu fl-1957 u żżewġu sena wara u flimkien kellhom żewġt itfal. Hu iżda kien safa arrestat fl-1963 minħabba l-attivita tiegħu kontra l-apartheid u kundannat għal għomru l-ħabs.M andela eventwalment kien inħeles fl-1990. Iżda matul il-priġunerija ta’ Mandela, Winnie Mandela kellha maħbub u l-koppja kienu seperaw fl-1996.