Kunsilli Lokali Lokali

Pressjoni biex l-għassa tal-Qrendi tibda tinfetaħ

L-għassa tal-Qrendi
Nhar il-Ġimgħa l-Kbira reġgħu tfaċċaw il-Pulizija

Wara ġimgħat sħaħ magħluqa, il-bieb tal-għassa tal-Pulizija fil-Qrendi reġa’ infetaħ. Dan hekk kif fil-jum tal-Ġimgħa l-Kbira (ritratt) kien hemm Pulizija stazzjonat f’din l-għassa.

Residenti li tkellmu magħna qalulna li nhar il-Ġimgħa l-Kbira għall-ħabta tal-5pm deher Pulizija barra l-bieb tal-għassa, u l-bieb kien miftuħ. Tellgħu wkoll il-bandiera Maltija. Il-bandiera kienet ilha kompletament nieqsa minn Diċmebru.

Kien il-programm NET LIVE li l-ġimgħa li għaddiet poġġa’ fuq l-aġenda s-sitwazzjoni tal-għassa fil-Qrendi. Fil-programm, intwerew ukoll ritratti tal-għassa magħluqa.