Lokali

Raġel arrestat f’Ħal Għargħur waqt li kien armat b’arma tan-nar

Karozza tal-Pulizija - mill-arkivji

Raġel ġie arrestat minn uffiċjali tar-Rapid Intervention Unit waqt li kien armat b’arma tan-nar u żewġt t’iskieken f’karozza f’Ħal Għargħur.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-każ seħħ fi Triq Stiefnu Zerafa għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar meta allegatament l-Pulizija kienet infurmata li kien hemm vettura suspettuża fl-imsemmija triq, b’raġel riekeb fiha.

Filwaqt li fuq il-post intbgħatu l-uffiċjali tal-Pulizija li żammew is-suspettat milli jaħrab, huwa nstab fil-pussess tal-arma tan-nar u s-skieken.

Għalkemm mhux magħruf x’kienu l-intenzjonijiet tar-raġel, s’issa għadu qed jinżamm taħt il-kustodja tal-Pulizija.