Lokali

Sewwieq ta’ mutur f’kundizzjoni gravi

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji
Inċident li seħħ qabel il-pont Manwel Dimech, lejn il-mini ta' San Ġiljan

Dalgħodu ftit qabel it-8am il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li għal xi raġuni seħħet ħabta bejn żewġ muturi tat-tip Yamaha YP400, misjuq minn raġel ta’ 49 sena residenti n-Naxxar u Honda 60, misjuq minn raġel ta’ 51 sena li joqgħod Tas-Sliema.

Fil-post issejħet l-assistenza medika u ż-żewġ sewwieqa ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, ir-raġel ta’ 51 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li l-kundizzjoni medika tax-xufier l-ieħor għadha mhux magħrufa.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Francesco Depasquale, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.