Internazzjonali

Strajk tal-ferroviji fi Franza

Is-SNCF, il-kumpanija nazzjonali tal-ferroviji fi Franza, wissiet li strjak ta’ jumejn mill-ħaddiema tagħha li se jibda t-Tlieta se jħarbat il-vjaġġi kemm fi Franza kif ukoll lil hinn mill-konfini Franċiżi.
Is-SNCF qalu li 15 fil-mija tal-ferroviji ta’ veloċità għolja u 25 fil-mija tal-ferroviji reġjonali kienu se jkunu qed jħadmu bejn it-3 u l-4 ta’ April. Barra minn hekk, waħda minn kull tliet ferroviji bejn Franza u l-Ġermanja u 75 fil-mija tal-ferroviji tal-Eurostar bejn Londra u Pariġi kienu se jaħdmu. Erba’ unions ngħaqdu flimkien għal dan l-istrajk li se jibda sjsir għal jumejn kull ġimgħa sal-aħħar ta’ Ġunju.
Dan se jsir bi protesta għal pjan ta’ riforma tal-Gvern kif ukoll passi biex jintemmu xi benefiċċji li kienu jgawdu minnhom xi ħaddiema.
Il-ferroviji Thalys bejn Franza, il-Belġju u l-Olanda mhux se jkunu effettwati mill-istrajk.