Il-Pulizija fl-Istat Indjan ta’ Orissa qed ifittxu xadina li allegatament ħatfet tarbija li aktar tard instabet mejta f’bir
Omm it-tarbija qed isostni li rat ix-xadina taħtaf it-tarbija imma ma setgħet tagħmel xejn biex twaqqafha. Il-katavru mbagħad instab minn xi ħadd tal-familja f’bir li hemm fuq wara tad-dar, ġurnata wara l-allegat ħtif.
Il-Pulizija lokali qalet li filwaqt li x-xadini li hemm jiġru fl-apert xi kultant jagħmlu għan-nies u spiss jagħmlu ħsara materjali, każi bħal dawn huma rari. Issa l-Pulizija qabbdet tribù lokali li hu magħruf għall-kapaċità tiegħu li jaqbad ix-xadini.
Ix-xadina jidher li daħlet fid-dar tat-tarbija u ħatfitha.
Skont l-awtopsja preliminarja, fuq it-tarbija ma kienx hemm feriti serji u jidher li din mietet għax għerqet.
Tfittxija fl-Indja għal xadina li ħatfet tarbija


