Fit-3 ta’ April 1993, eżatt 25 sena ilu, Malta kienet inħasdet bl-aħbar tad-delitt li seħħ fil-Kunċizzjoni limiti tar-Rabat fejn mara kienet inħarqet ħajja f’karozza. Il-vittma kienet Silvia King, li erbat’ijiem qabel kienet rebħet il-kampjonat nazzjonali tal-bowling.
King, li mietet fl-eta’ ta’ 36 sena, kienet ukoll social worker. U kien propju ix-xogħol tagħha li ġabha fl-inkwiet ma’ ċertu Joseph Harrington – raġel illi kien iffissat biex ikun jaf x’sar minnha l-eks mara tiegħu, li kellha kuntatt ma’ Silvia King.
Apparti Harrington, anke ċertu Paul Baldacchino kien akkużat bl-involviment tiegħu fl-assassinju ta’ King.
Fis-sena 2000, Harrington ingħata sentenza ta’ għomor il-ħabs. Hu miet fl-2014.
Baldacchino instab ħati f’ġuri separat fl-1997. Hu kien inħeles mill-ħabs fl-2002, iżda instab mejjet fi flat f’Buġibba sena biss wara.
//= $special ?>